Jibda jitqassam id-djarju tad-Dar tal-Providenza

Id-Djarju tad-Dar tal-Providenza għas-sena 2018 beda jitqassam f'kull dar ta' Malta u Għawdex.
Dan id-djarju, li fih tagħrif li jibqa' utli matul is-sena kollha, jagħti l-opportunità li wieħed juri s-solidarjetà tiegħu mad-Dar, li toffri residenza lil 115-il resident b'diabilità bl-aħjar ambjent.
Għadd kbir ta' voluntiera taw l-għajnuna tagħhom biex isir il-preparament u t-tqassim ta' dawn id-djarji.
Jekk wieħed ma jirċivix dan id-djarju u jixtieq jikseb kopja, hu mitlub iċempel lid-Dar tal-Providenza fuq 21462844 jew jibgħat imejl fuq info@dartalprovidenza.org.