​Jibda jitneħħa l-periklu fil-bajja ta’ Daħlet Qorrot

Beda x-xogħol biex jitneħħa periklu fil-bajja ta’ Daħlet Qorrot fin-Nadur.
Fi stqarrija, maħruġa mill-Ministeru għal Għawdex ġie spjegat kif il-proċess naturali wassal biex il-bajja ta’ Daħlet Qorrot saret perikoluża, hekk kif il-blat tas-sies li jinsab fuq in-naħa tal-lemin tal-bajja, beda jċedi u jiġġarraf.
Ingħad ukoll li b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru u l-Kunsill Lokali tan-Nadur, saru l-applikazzjonijiet neċessarji u nbeda x-xogħol wara li ħarġu l-permessi.
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana żaret din il-bajja fejn għaddej xogħol permezz ta’ makkinarju mdaqqas kif ukoll ta’ ħaddiema oħra.
Ritratt: MGOZ – Terry Camilleri