Jibda jinstema’ l-każ ta’ frodi fil-konfront ta’ Messi u missieru

L-istilla kalċistika ta’ Barcelona FC Lionel Messi llum beda jiffaċċja l-akkużi miġjuba kontrih quddiem il-Qorti Spanjola.

Messi u missieru qed jiġu mixlija b’akkużi relatati ma’ frodi. B’kollox, il-plejer Arġentin ta’ 26 sena u missieru, Jorge Messi, qed jiġu akkużati li ffrodaw iktar minn €4 miljun.

Ħafna minn dawn il-flus inġabru minn drittijiet mibjugħha lill-awtoritajiet fil-Belize u l-Urugwaj biex jintużaw r-ritratti ta’ Messi. Kemm Messi kif ukoll missieru ċaħdu l-allegazzjonijiet miġjuba kontrihom.