Jibda jinstema’ l-każ dwar serq ta’ dokumenti interni

Fil-Belt tal-Vatikan illum jibda jinstema’ l-każ fil-Qorti dwar is-serq t’informazzjoni u dokumenti interni tas-Santa Sede, li ġew mgħoddija lil ġurnalisti.
Ħames persuni qed jitressqu l-Qorti b’diversi akkużi, saċerdot, segretarju tiegħu, eks-uffiċjal tar-relazzjonijiet pubbliċi u żewġ ġurnalisti li fl-aħħar jiem ippubblikaw żewġ kotba b’rivelazzjonijiet mid-dokumenti interni.