Passaġġ ġdid għal iktar aċċess f’Pembroke

Beda x-xogħol fuq passaġġ ġdid li jgħaqqad il-Park & Ride ta’ Pembroke mal-istejġ tal-linja fi Triq Sant’ Andrija. Dan l-istejġ jinsab f’waħda mill-iktar toroq traffikużi u se jgħin biex jitnaqqas il-periklu li wieħed ikollu jaqbeż iċ-ċint tal-Park & Ride jew jinżel minn mat-triq biex jasal għall-istejġ.

Il-Kunsill Lokali ta’ Pembroke ħabbar fuq Facebook li tnieda x-xogħol biex isir passaġġ biex ikun hemm aċċess dirett bejn l-istejġ fi Triq Sant’Andrija u l-Park & Ride, żewġ postijiet frekwentati ħafna min-nies biex jaqbdu rotot tal-linja għal diversi lokalitajiet f’Malta.


Il-Kunsill qal ukoll li se jsir ukoll id-dawl mal-passaġġi għas-sigurta’ ta’ min jagħmel uzu minnhom, filwaqt li se jitneħħew xi siġar antiki li hemm mejta fil-post u jitħawlu oħrajn ġodda minflokhom.