Jibda jgħaddi ġuri akkużat b’kompliċità fi traffikar ta’ droga

Niġerjan ta’ 35 sena li jgħix l-Iklin, beda għaddej ġuri akkużat kompliċi ta’ traffikar ta’ droga.
Huwa twaqqaf l-ajruport fl-2012, u minkejja li ma sabulux droga fuqu, minn investigazzjoni fuq l-mowbajl instab li kien qed isegwi Spanjol li kien qed iġorr il-kokaina.
Fil-Qorti nstema’ li d-droga kellha 36% purita u għalhekk setgħet tinbigħ għal aktar minn €86,800.
L-Ispanjol kien intbagħat 10 snin ħabs wara li għadda ġuri.