Jibda ġbir ta’ fondi għal kawża kontra l-proġett tad-db

Tmien NGOs u tliet Kunsilli Lokali lokali bdew jiġbru l-flus biex jieħdu azzjoni legali kontra l-proġett tad-db Group fuq is-sit tal-ITS fil-Pembroke.

Fi stqarrija, l-għaqdiet qalu li l-azzjonijiet legali jinkludu, imma mhux limitati għal dan, appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT). Il-Kunsilli Lokali ta’ Pembroke, San Ġiljan, u s-Swieqi huma involuti.

Skont l-għaqdiet, huma flimkien mal-Kunsilli se jkopru parti mill-ispejjeż professjonali u proċedurali. Però qalu li dan mhux biżżejjed. L-għan tagħhom huwa li jiġbru €15,000.

Min irid, jista jagħmel donazzjoni permezz ta’:

  • Trasferiment bankarju għal dan il-kont:

Isem tal-kont bankarju: ITS-DB Legal Remedies

IBAN: MT26APSB77013000000035549910089

SWIFT: APSBMTMT

Jew

It-tmien NGOs huma: Friends of the Earth, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, BirdLife Malta, Moviment Graffitti, Ramblers Association, Nature Trust (Malta) and Żminijietna – Voice of the Left.

Il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ivvota favur il-proġett f’Pembroke mill-Grupp db. 10 ivvutaw favur u 4 kontra. L-art inkwistjoni għaddiet f’idejn il-grupp db għad-99 sena li jmiss.

Riċentament, Reżistenza Malta qalet li l-proġett tad-db li mistenni jieħu post l-Istitut tal-Istudji Turistiċi f’Pembroke, għadu jista’ jingħeleb permezz ta’ appell. Huma qalu li huwa ta’ skandlu l-fatt li x-xogħol diġà beda meta l-permess għadu fiċ-ċans li ma jingħatax. Fi stqarrija, Reżistenza Malta esiġiet li x-xogħol għandu jieqaf immedjatament.