Iħeġġu lill-Gvern iwaqqaf kumitat għar-roti biex itaffu l-multi

Il-Bicycle Advocacy Group appella lill-Gvern biex iwaqqaf kumitat għat-trasport bir-rota filwaqt li qal li din hi l-aħjar soluzzjoni biex jitnaqqsu l-multi li qed taffaċċja Malta minħabba l-emmissjonijiet mit-traffiku.
Fi stqarrija b’risposta għat-twaqqif ta’ kumitat kontra l-bejgħ ta’ karozzi li jniġġsu mill-Ministeru għall-Ambjent, il-grupp taċ-ċiklisti lokali qal li qed jappġella għal kumitat indipendenti simili biex joħroġ b’modi differenti ta’ kif iħeġġeġ lill-pubbliku jużaw aktar ir-rota.
Il-Grupp qal li kull sena r-roti f’Malta qed jiżdiedu b’20% kull sena. Jisħaq li dan qed ikollu effett dirett fuq il-Malta għax qed ikollna inqas taxxi xi nħallsu kontra l-emmissjonijiet.
Kuntrarju għal dan kollu, il-grupp sostna li ftit li xejn qed isir biex jgħinu lil dawk li jużaw ir-rota.
Il-Grupp temm jgħid li l-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera hħandu serjament jikkunsidra li jwaqqaf dan it-task force speċifikament għall-użu tar-roti.
Fil-jiem li għaddew, il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li l-Maltin u l-Għawdxin iridu jidraw iħallu l-karozzi tagħhom id-dar u minflok iduru lejn trasport alternattiv u iktar nadif biex iwassalhom fejn ikollhom bżonn imorru.
Ritratt: Arkivji