Iħeġġu lill-awtoritajiet biex jinfurzaw il-liġijiet

Is-Soċjetà Maltija għal Protezzjoni u l-Kura tal-Annimali, l-MSPCA, qalet li wara l-każ tar-raġel li sawwat bi frosta liż-żiemel fis-Swatar, l-awtoritajiet għandhom jaġixxu biex jinfurzaw aktar il-liġijiet. 
L-MSPCA qalet ukoll li l-infurzar ta’ dawn il-liġijiet jagħmel ġustizzja mal-annimali li jkunu ta’ sikwit maħqurin mis-sidien tagħhom.
Fi stqarrija, l-MSPCA ħeġġet lill-pubbliku biex aktar persuni jieqfu quddiem l-inġustizzji kontra l-annimali appellat ukoll biex nhar il-Ħadd 17 ta’ April imorru għal protesta li se ssir f’San Ġiljan kontra l-moħqrija tal-annimali.