Jhedduha għax inkwetat għall-ħaddiema

Lizzie Eldridge

Residenta fil-Gżira ġiet mhedda meta ppruvat taqbeż għal żewġ ħaddiema li kienu mdendlin fuq tavlun mingħajr apparat jew ilbies ta’ sigurtà, huma u jagħmlu xogħol ta’ kisi.

Dan il-każ ġara fi Triq Matthew Pulis fil-Gżira.

Ir-residenta li xerrdet ir-ritratti lmentat bil-mod kif ġiet trattata meta ppruvat tiġbed l-attenzjoni dwar il-periklu li kienu qegħdin fih.

Qalet illi dak li jħaddimhom qalilha li huma mdorrijin jaħdmu hekk. Kompla billi “heddidha” billi qalilha li se jkellem lill-avukat tiegħu jekk ma tidħolx lura f’darha, u fakkarha li jaf fejn toqgħod.

Hija ppruvat tagħmel rapport lill-pulizija, iżda dawn qalulha li ma titqiesx theddida jekk ma qalilhiex li se joqtolha.

Health and safety in #Malta. And right outside my house.

Posted by Lizzie Éldridge on Saturday, July 28, 2018