Jhedduh li se jagħmlulu bħal Daphne

Il-Membru Parlamentari tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia qal li f’ittra anonima li rċieva, qalulu li jekk jipprova jimmina l-pożizzjoni tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia minħabba l-Eks Kap Simon Busuttil, “se jkollna t-tieni każ” bħal ta’ Daphne Caruana Galizia.

L-ittra tispiċċa bil-kelma BOOM miktuba fil-forma ta’ bomba.

Fuq Facebook, Godfrey Farrugia qal li hemm diversi persuni mill-Partit Laburista u mill-Partit Nazzjonalista, li jiktbulu biex jiġbdulu saqajh jew jinsulentawh.

Intant, fi stqarrija llum, il-Partit Demokratiku (PD) qal li l-Gvern għandu armata ta’ trolls li jinsultaw u jwaqqgħu għaċ-ċajt lil kull min jikkritika lill-Gvern

Il-PN jiddisassoċja ruħu

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li jiddissassoċja ruħu kompletament u jikkundanna bla riservi t-theddid anonimu u l-kliem dispreġġjattiv li rċieva u ppubblika Godfrey Farrugia, u li rċieva minn persuna mhux magħrufa.