Jheddu lil Marlene Farrugia: “Ara jiġrilekx bħal DCG”

Id-Deputat tal-Partit Demokratiku, Marlene Farrugia kitbet fuq Facebook li mhux se tibża’ minkejja li fi kliemha ilha erba’ snin tirċievi theddid.
Marlene Farrugia xxerjat kumment ta’ persuna li kkumenta dwar id-diskors tagħha fil-Parlament ftit wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u wissieha: “Ara jiġrilekx bħalha” waqt li għajjarha “demel.”
Mill-ġdid Marlene Farrugia qalet li fejn ħalliet Daphne Caruana Galizia se tkun qed tkomplih hi u l-ħażin tibqa’ tgħidlu ħażin.
Kitbet li mhux se tibża’ minn “kodardi” li jhedduha iżda qed tikkonvinċi ruħha li hemm bżonn “tgħajjat” iżjed minn qatt qabel.