Jheddu li jagħmlu strajk tal-ġuħ jekk jibqgħu bla dettalji dwar l-ajruplan

Familjari tal-passiġġieri Ċiniżi li kienu fuq l-ajruplan tal-Malaysia Airlines qed jheddu li jagħmlu strajk tal-ġuħ jekk l-awtoritajiet Malesjani mhux se jagħtu informazzjoni eżatta dwar x’ġara mill-ajruplan. 
Bħalissa hemm madwar 25 pajjiż involuti fit-tfittxija għall-ajruplan.  It-titjira MH370 ilha rrappurtata nieqsa mit-8 ta’ Marzu.  Abbord kien hemm 239 persuna.