Jhedded MPs tal-PN bil-forka

Read in English.

Jo Meli, membru ta’ grupp favur il-kap attwali tal-PN Adrian Delia, hedded lid-deputati Nazzjonalisti u dawk kollha li ma jaqblux ma’ Delia biex jinqatlu bl-użu tal-forka.

Fid-diskors tal-Ħadd, Adrian Delia dalgħodu indika li min mhux leali lejh għandu jitlaq mill-PN.

Jo Meli jqis lilu nnifsu bħala Faxxista tant li fuq il-profil tiegħu fuq Facebook jgħid li huwa iben id-dittatur faxxista Taljan Benito Mussolini.

Fil-grupp ‘We support Adrian Delia as our PN Leader’, Meli jikteb li hemm bżonn rimedju għal dawk li sejjaħ bħala għedewwa ta’ Malta u ċ-ċittadini tagħha. Qal li l-forka ħadmet tajjeb fl-1944 u sostna li għandha taħdem tajjeb fl-2020. “Tmienja, tmienja, sakemm tispiċċa l-lista”, stqarr Meli. Huwa kiteb ukoll li t-tgħammir użat għall-forka, bħalma huma s-sunnara u l-ħbula, se jissupplixxuhom it-tesserati.

Huwa ffirma din l-istqarrija fuq Facebook bl-ittri DVX, li bil-Latin tfisser Duce, l-isem attribwit lil Mussolini.

Id-deputat Jason Azzopardi kien minn tal-ewwel li rrisponda għal din it-theddida billi qallu “bring it on” u anki sfidah.