Jhedded lill-ekstfajla li se jippubblika ritratti indiċenti tagħha

Żgħażugħ ta’ 17-il sena nstab ħati wara li ammetta li hedded lit-tfajla tiegħu li juri ritratti indiċenti tagħha.
Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli, il-Qorti semgħet kif tfajla ġiet mhedda li jippubblika ritratti tagħha għarwiena fuq il-midja soċjali. Ir-ritratti kienet bagħtihomlu meta kienu għadhom  flimkien
Hu kien akkużat li kellu materjal indiċenti bil-ħsieb li jużahom.
Min-naħa tagħha l-Maġistrat Josetter Demicolo ordnat li ż-żagħżugħ jinżamm fuq probation għal sentejn u ordnatlu wkoll biex ma jikkuntattjax lil ekstfajla tiegħu.
Iż-Żagħżugħ ma tniżżilx fir-reġistru ta’ persuni ħatja ta’ reati sesswali minħabba li għadu minorenni.