Jhedded lil Metsola li jaħraqha ħajja; Il-Kummissarju mitlub jinvestiga

Emmanuel Navarro kiteb fuq Facebook biex jgħid li l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti, l-iżjed Roberta Metsola, għandhom jinħarqu ħajjin.
Apparti li ddeskrivihom bħala “tradituri”, kompla biex iddeskriva lil Metsola bħala “demel.”
Fuq Twitter, Metsola qalet li wasalna f’sitwazzjoni fejn ma hemmx għalfejn taħbi ismek meta thedded lil xi ħadd. Qalet li f’dan il-każ kien jaf li se jsib min “itaptaplu fuq daru.”
“Din hija Malta li wassal għaliha Joseph Muscat u l-politika tiegħu,” kitbet Metsola. “Jaħsbu li jistgħu jagħmlu li jridu.”
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista kkundanna dan it-theddid u talab lill-Kummissarju biex jinvestiga dan il-każ u jressaq il-persuna l-Qorti.
 

https://platform.twitter.com/widgets.js