Argument jaħraq bejn koppja jispiċċa l-Qorti

Fil-Qorti llum instema’ każ ta’ raġel akkużat li hedded u ħebb għas-sieħba tiegħu waqt argument jaħraq.

Il-każ seħħ it-Tnejn, meta mar fir-residenza tagħha, heddida u kellimha ħażin, u kif ukoll ħebb għaliha, bil-konsegwenza li kkawżalha ġrieħi ħfief.

Huwa wkoll qed jaffaċja akkużi li rreżista l-arrest, meta ħarab jiġri u kif ukoll kkawża ġrieħi fuq xi uffiċjali.

Il-Qorti ordnat protezzjoni favur il-mara, għaliex l-aggressur allegatament ikkaġuna ġrieħi ħfief fuqha. Skont il-Pulizija, dan kien konfermat ukoll minn tabib.

Madankollu, huwa ngħata libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000.