Jgħodduha b’waħda wara li Tal-Linja skiddjat fi Triq il-Kosta

Chris Abela

Il-passiġġieri u x-xufier fuq Tal-Linja setgħu jgħodduha b’waħda wara li Tal-Linja skiddjat fi Triq il-Kosta.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-inċident ma’ Newsbook.com.mt fejn qal li seħħ għall-ħabta tal-10am. Minkejja l-ħsarat estensivi fuq ix-xarabank jidher li ħadd ma weġġa’.

Fi stqarrija, Malta Public Transport qalet li proċedura ta’ emerġenza ġiet attivata b’mod immedjat filwaqt li tim intbagħat fuq il-post sabiex joffri l-assistenza neċessarja. Qalet li l-kumpanija qed tinvestiga l-kawża tal-inċident, filwaqt li insistiet li l-prijorità tagħha tibqa’ li tassigura l-benessri u s-sigurtà tal-imppjegati u l-passiġġieri tagħha.