Jgħodduha b’waħda meta nqalbu bil-karozza

Raġel ta’ 27 sena u tfajla ta’ 20, jgħodduha b’waħda meta lbieraħ filgħaxija nqalbu bil-karrozza fi Triq is-Sebħ f’Ħal Qormi.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-9.45pm, meta r-raġel li kien qed isuq il-vettura, qabad il-bankina qrib il-flyover tal-Imrieħel u nqaleb fuq ġenb.

Iż-żewġ persuni ttieħdu l-isptar b’ambulanza iżda ġew ċċertifikati li soffrew ġrieħi ħfief.