Jgħoddha b’waħda wara li l-karozza ħadet in-nar

Karozza ħadet in-nar waqt li kienet qed tinstaq fin-Naxxar.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li dan ġara fil-11.30am fit-Telgħa t’Alla u Ommu.

Is-sewwieq ħareġ mill-karozza malli lemaħ xi duħħan, u ma weġġax.

Fuq il-post marru uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili li rnexxielhom jitfu n-nar, iżda l-karozza ġarrbet xi ħsarat.