Jgħix fiċ-ċentru ta’ Ħal Far, qabżitlu, u pprova jsiefer b’dokumenti foloz

Żagħżugħ ta’ 20 sena li joqgħod fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far wieġeb ħati li pprova jsiefer b’dokumenti foloz wara li ddejjaq jgħix f’Malta.

Fil-Qorti, Bazoumana Diabete ammetta li lbieraħ kellu fil-pussess tiegħu passaport Taljan falz u li pprova jużah. Diabete huwa mill-Kosta tal-Avorju.

Il-Pulizija qalet li ż-żagħżugħ wasal Malta fuq dgħajsa ftit xhur ilu. L-avukata tad-difiża qalet li dan iddejjaq Malta u li ried jitlaq. Żiedet tgħid li r-reat ma jimmeritax sentenza effettiva ta’ ħabs.

Il-Maġistrat Josette Demicoli kkundannatu sitt xhur ħabs.