Jgħinu lill-anzjani biex ma jinqatgħux mis-soċjetà

Madwar 30 voluntier se jkunu qegħdin jassiguraw li l-anzjani vulnerabbli jingħataw is-sapport meħtieġ biex joħorġu mill-esklużjoni soċjali.
Dan hekk kif għada se jitnieda l-proġett ‘Voluneer Sliema’ li se jkun qed jiċċelebra l-25 sena anniversarju mit-twaqqif ta’ SOS Malta.
Il-proġett se joħloq skema tat-trasport fil-komunità biex jippromwovi l-mobbiltà tal-anzjani u tal-persuni b’diżabbiltà.
Apparti dan, il-proġett iħabrek biex jassigura li l-anzjani jkunu jistgħu jaċċessaw is-servizzi essenzjali, fosthom il-kura tas-saħħa, kif ukoll jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ divertiment.
‘Volunteer Sliema’ huwa proġett ta’ sħubija bejn SOS Malta u l-Core Platform filwaqt li hu megħjun mill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema u l-Isptar St James f’Tas-Sliema.
Għal iktar informazzjoni tista’ tibgħat imejl lil SOS Malta.