Jgħinu dejjem, mhux biss f’każ ta’ emerġenza nazzjonali!

Membri tal-Emergency, Fire and Rescue Unit (E.F.R.U) nġabru flimkien fil-Malta Blood Bank ġewwa l-Pietà sabiex taw d-demm. Din saret xi ħaġa regolari li biha l-E.F.R.U. qed ikomplu jsaħħu l-impenn tagħhom biex jgħinu lill-oħrajn. Jittamaw li permezz ta’ dan l-impenn ikunu ta’ eżempju lill-pubbliku.

Infatti l-E.F.R.U appella lill-pubbliku biex jagħti d-demm. Inkoraġġixxa lill-ħbieb u kollegi biex jorganizzaw attivitajiet li fihom jagħtu d-demm flimkien.

Il-Blood Bank Malta jinsab faċċata tal-Isptar l-antik San Luqa, kif ukoll f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex grazzi għall-Mobile Unit. Wieħed jista’ jidħol fis-sit elettroniku www.blood.gov.mt għal aktar informazzjoni jew billi jibgħat sms fuq 79307307.

Għal attività ta’ grupp tista’ tikkuntattja l-Blood Bank fuq 79307307.