Jgħinek ma tiżloqx int u tikteb

Qatt tkun qed tibgħat messaġġ waqt li tkun miexi fit-triq?
Il-kumpanija Apple qed tuża teknoloġija ġdida li tgħinek tara dak ta’ madwarek waqt li tkun qed tħares lejn il-mowbajl tiegħek.
Din it-teknoloġija tixgħel il-camera tal-mowbajl awtomatikament meta tkun qed tibgħat messaġġ.
Fl-isfond tal-iscreen tal-mowbajl, waqt li tkun qed tibgħat il-messaġġ, tkun tista’ tara jekk hux se tibqa’ dieħel f’persuna oħra, jew fejn tkun miexi.
Din mhix l-ewwel app ta’ dan it-tip, iżda l-kumpanija Apple qalet li din se tkun aktar ċara biex tkompli tikteb u fl-istess ħin tara stampa tal-madwar.