‘Jgħidu x-xjuħ u jgħidu t-tfal’ minn Malta sa Sqallija

L-innu popolari  ‘Jgħidu x-xjuħ u jgħidu t-tfal’ din is-sena ndaqq ġimgħa qabel fi Sqallija.
Il-Big Friends Guggen Musik tat laqta Maltija lill-karnival f’Acireale fejn daqqet l-innu għal dawk preżenti għall-festi tal-Karnival.
Il-banda kienet ambaxxatriċi ta’ Malta fi Sqallija waqt dawn il-jiem.
F’Malta, il-banda kienet mistennija ddoqq f’diversi postijiet bi programm mimli daqs bajda fl-għeluq l-10 snin mit-twaqqif tagħha.
Dawk li għad ma kellhomx iċ-ċans jisimgħuhom u jgawduhom jistgħu jilħquhom llum fil-5pm fir-Rabat Għawdex jew inkella għada fl-10.30 ta’ filgħodu fil-Belt Valletta, bl-aħħar ċans ikun fil-Għargħur fis-6.30pm.
Il-Big Friends Guggen Band hi taħt id-direzzjoni tas-surmast Etienne Spiteri u tal-Assistent Surmast Ian Sammut.