Jgħidu li riedu jattakkaw lill-bouncers u mhux lill-pulizija

Żewġ żgħażagħ tressqu l-Qorti akkużati li attakkaw u weġġgħu surġent f’Paceville.
Iż-żgħażagħ, wieħed ta’ 18-il sena minn Ħal Tarxien u ieħor ta’ 20 sena mill-Fgura, wieġbu mhux ħatja li attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija u ferew lis-surġent.
L-avukati difensuri talbu għall-ħelsien mill-arrest għax il-ġlieda li kellhom iż-żgħażagħ kienet mal-bouncers ta’ klabb.
Huma ngħataw il-libertà proviżorja fuq depożitu personali ta’ €5,000, u bil-kundizzjoni li ma joħorġux mid-dar bejn l-10pm u l-5am.
Dwar l-istess każ ġew arrestati żewġ persuni oħra, li mistennija jitressqu l-qorti fis-sigħat jew fil-jiem li ġejjin.