Jgħidu li Malta ilha bi pjan għall-ilma mill-2016

Il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma (WSC) u l-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma qalu li Malta ppubblikat it-Tieni Pjan tal-Immaniġġjar tal-Ġbir tal-Ilma fl-2016.
Qalu li ħarġu stqarrija fid-dawl ta’ dak li qed jintqal fil-midja dwar is-sistemi tal-awkifikaturi f'Malta.
Il-pjan tal-2016 jiddiskrivi t-triq li twassal biex jintlaħqu l-objettivi tal-Politika Ewropea tal-Ilma.
L-aġenziji qalu li għalhekk mhux korett li wieħed jgħid li Malta m’għandhiex pjan nazzjonali tal-ilma.
Il-pjan jikkonferma li qed jinġibed iżżejjed ilma mis-sistemi tal-akwifikaturi prinċipali ta’ Malta.
Hemm programm ta’ miżuri li jinkludi l-iżvilupp ta’ kampanja nazzjonali għall-konservazzjoni tal-ilma.
Jingħad ukoll li kull każ ta’ ġbid tal-ilma minn taħt l-art b’mod illegali jiġi rrappurtat lill-awtoritajiet. Imbagħad jiġu imposti multi amministrattivi, jingħalaq il-borehole, u jekk l-illegalitajiet jittieħdu passi mill-qorti.