Jgħid li xtara karozza misruqa għal €50

Qorti Newsbook Stock

Raġel, li ġie arrestat ftit qabel il-Milied fil-karozza li kien qed isuq, ngħata l-libertà taħt superviżjoni. Ir-raġel ta’ 40 sena minn Ħal Għaxaq instab li kien qed isuq karozza misruqa.

L-akkużat kien spjega lill-Pulizija kif kien xtara l-karozza misruqa għal €50 mingħand terza persuna.

Fost akkużi oħra, ir-raġel instab li mess u biddel id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni tal-karozza kif ukoll li kien qed isuq mingħajr polza ta’ assigurazzjoni. Huwa kiser ukoll żewġ sentenzi sospiżi li kellu qabel u l-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti.

Il-Maġistrat Josette Demicoli tat il-libertà superviżorja lir-raġel b’għadd ta’ kundizzjonijiet fosthom depożitu ta’ €750, garanzija personali ta’ €4000 u li jiffirma fl-għassa tal-Pulizija tliet darbiet fil-ġimgħa.