Jgħid li mhux ħati li weġġa’ żewġ persuni b’xabla

Raġel tressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat li b’xabla kkaġuna ġrieħi gravi fuq żewġt irġiel fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Il-każ seħħ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda għal ħabta tat-3.30 am fi Triq it-Trux, l-Għarb.

Ir-raġel ta’ 69 sena mill-Għarb stess, kien akkużat ukoll li qabad armi, ħebb, weġġa’ jew hedded l-istess vittmi, ġarr strument li jaqta’ u bil-ponta mingħajr il-liċenzja jew il-permess neċessarji u li kiser il-paċi pubblika.

L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih u ngħata l-libertà proviżorja taħt depożitu ta’ €200 u garanzija personali ta’ €8,000.

Huwa ntrabat ukoll b’ordni ta’ protezzjoni.