Jgħid li mhux ħati li ħebb u hedded żewġ kuntistabbli tal-Pulizija

Raġel Ingliż ta’ 35 sena residenti San Ġiljan ingħata l-libertà proviżorja wara li tressaq il-Qorti mixli li hedded żewġ Kuntistabbli tal-Pulizija f’Paceville.
Huwa stqarr li ma kienx ħati tal-akkużi mressqa kontrih.
Il-każ seħħ il-Ħamis għall-ħabta tas-5.45 ta’ filgħodu wara li r-raġel daħal f’argument u ssawwat minn tliet irġiel oħra.
Fil-Qorti ntqal li meta l-Pulizija waslu fuq il-post, l-irġel ma ġewx arrestat u l-Ingliż kien ordnat għamel rapport fl-Għassa tal-Pulizija.
Fl-Għassa, l-Ingliż sar aggressiv u beda jhedded lill-Pulizija.
Huwa ingħata l-libertà fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €2,000.