Jgħid li mhux ħati li aggredixxa raġel f’Għawdex

Qorti-Ghawdex

Raġel ta’ 56 sena wieġeb mhux ħati li aggredixxa raġel f’Għawdex.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li r-raġel tressaq b’arrest fil-Qorti ta’ Għawdex quddiem il-Maġistrat Simone Grech. Hu kien akkużat li lbieraħ, fis-6.15pm, ikkaġuna ġrieħi gravi lil raġel ta’ 62 sena u għamel ħsara fuq oġġetti personali tar-raġel fost oħrajn.

L-akkużat wieġeb mhux ħati u tqiegħed taħt ordni ta’ probation fuq numru ta’ kundizzjonijiet.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.