Jgħid li martu tefgħet lit-tifla ‘l barra għax ħasbet li hi tqila

Il-mara ta’ Emanuel Camilleri, li allegatament ingħata sentenza ta’ priġunerija minħabba l-evidenza tagħha, qalet fl-qorti li l-programm tat-televixin Xarabank ippreġudika l-każ kontriha.
Martu, Lisa May Camilleri, sostniet li mhix ħatja li gidbet fil-Qorti u li sforz ta’ dan ir-raġel tagħha weħel sentenza ta’ priġunerija għax abbuża sesswalment lil binthom.
Camilleri kien diġà għamel 400 jum priġunerija qabel ma ngħata l-ħelsien temporanju mill-Qorti Kostituzzjonali. Bint il-koppja allegat li gidbet taħt ġurament falz fi proċeduri separati.
Il-Qorti kompliet tisma’ x-xhieda ta’ Camilleri, li qal li fl-2010 martu tefgħet lil binthom ‘il barra minn darhom għax ħasbet li hi tqila.