Jgħid li marru kontra d-drittijiet fundamentali tiegħu

Qattiel ikkundannat u li qed jistenna sentenza tinqata’ rigward traffikar tad-droga, qal li d-drittijiet fundamentali tiegħu ġew miksura meta s-Servizzi Sigrieti sfruttat telefonati li huwa għamel minn ġewwa l-ħabs.

Huwa ġie akkużat b’konfoffa biex jitraffika d-drogi wara li t-telefonati li għamel ġew interċettati mis-Servizz tas-Sigurta Maltija. Il-każ imur lura għal Diċembru tal-2001, meta l-iskwadra ta’ kontra d-drogi kixfet operazzjoni importanti ta’ importazzjoni konsiderevoli ta’ kokaina u kannabis mill-Ollanda. Il-Pulizija kienet waslet biex tindika li xi Maltin kienu qed jintużaw bħala kuntatti biex isseħħ l-operazzjoni. L-akkużat kien wieħed minn dawn il-persuni.

Matul il-kors tal-investigazzjoni, kien maħruġ li l-akkużat, li f’dak iż-żmien kien il-ħabs, kien qed jagħmel kuntatt ma xi persuni dwar kwantita kbira ta’ droga. L-akkużat sussegwentement tressaq il-qorti fuq każi relatati ma’ konspirazzjoni, importazzjoni, traffikar u pussess tad-droga.

L-akkużat qal li l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, kisret d-drittijiet fundamentali tiegħu. Huwa talab ukoll li jingħata ir-rimedji effettivi kollha xierqa fiċ-ċirkostanzi.