Jgħid li ma kienx jaf bil-limitu ta’ €10,000 fi flus kontanti

Olandiż ta’ 31 sena spiċċa bi €8,870 inqas mill-flus kontanti li kellu f’idejh meta daħal Malta. Ir-raġel, Kebin Jethro Thiel, ġie arrestat wara li għadda mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’€18,870 fi flus kontanti fuqu, meta l-limitu huwa ta’ €10,000.

L-avukat tiegħu sostna li l-Olandiż ma kienx jaf li jrid jiddikjara dawn il-flus billi kien qed jivvjaġġa fiż-żona Schengen.

L-Olandiż ammetta l-iżball tiegħu u weħel multa ta’ ftit aktar minn €2,200 li tnaqqset mill-flus żejda li kellu jieħu lura.