Jgħid li ma jiftakarx li l-akkużat kellu d-demm ma’ wiċċu

Kompla jinstema’ l-każ fejn raġel qed jgħid li spiċċa msawwat minn membri tal-Pulizija filwaqt li żewġ kuntistabbli qalu li kienu huma li ġew imsawta.
Kuntistabbli ieħor li xehed fil-każ qal li ma jiftakarx li ra xi demm ma’ wiċċ ir-raġel.
Dan il-kuntistabbli kien intervjena fil-każ meta l-Pulizija l-oħra kienu talbu l-għajnuna dakinhar li seħħ il-każ fit-30 ta’ Mejju.
Ix-xhud qal li jiftakar lill-maħbuba tar-raġel tgħajjat biex il-Pulizija ma jsawtuhx.
Sostna li ra kuntistabbli mal-art u r-raġel kien qed iżommu minn għonqu filwaqt li l-kuntistabbli l-ieħor kien qed jipprova jwaqqfu.
Il-każ se jkompli fil-Qorti.