Jgħid li l-liġi dwar l-approvazzjoni ta’ bini m’għandhiex tinbidel

L-Istanding Committee of European Doctors (is-CPME) hu mħasseb dwar il-fatt li l-parlament bi ħsiebu jbiddel il-liġi dwar l-iskrutinju u l-approvazzjoni ta’ bini u regolamenti ambjentali għall-kostruzzjoni ta’ sptarijiet pubbliċi.
F’ittra indirizzata lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lill-Ispeaker Anġlu Farrugia, is-CPME sostna li rċieva rapporti mill-membri Maltin tiegħu dwar dan.
Qal li l-għan tas-CPME hi li jassigura l-aqwa kwalità possibbli għas-servizz tas-saħħa għal kull pazjent fl-Ewropa. Sostna li fil-kuntest tas-sitwazzjoni Maltija, dan il-għan jista’ jintlaħaq biss b’liġijiet tajbin. Dawn il-liġijiet għandhom jipprevjenu konsgwenzi negattivi fuq pazjenti li qed ikunu trattati f’Malta.
Is-CPME temm l-ittra billi appella għal kwalità ogħli tas-servizz tas-saħħa u sostna li jappoġġja kull xogħol tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija (il-MAM) li qed isir għal dan il-għan.