Jgħid li hu eks suldat u jaħrab mill-arrest; sena ħabs

Raġel li qal li hu parti mil-Leġjun Barrani Franċiż u eks uffiċjal tal-militar Serb ingħata sena ħabs talli ffalsifika d-dokumenti tiegħu għat-taparsi huwa Sloven.

L-akkużi l-oħra li nstab ħati tagħhom kienu li rreżista l-arrest, li ħarab mill-kustodja tal-pulizija u li darab ħafif lil uffiċjal tal-pulizija. Huwa ġie arrestat ġol-gym ta’ lukanda bis-suspett ta’ dokumenti foloz.

Meta ttieħed il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, is-Serb ġie bżonn interpretu peress li ma jafx jitkellem bl-Ingliż. Meta kien fl-uffiċċju tal-ispettur, l-akkużat ħebb għall-Ispettur Hubert Gerada u talab biex jara psikjatra. Tabib miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana rreferieh għall-Isptar Monte Karmeli. Iżda skont il-proċedura, l-ewwel kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei. Meta kien hemm, ħarab ‘il barra. Il-Kuntistabbli Jonathan Sterry indarab ftit meta reġa’ arrestah.

Fil-qorti ntqal li rriżulta li l-passaport, il-liċenzja tas-sewqan u l-permess ta’ residenza, allegatament maħruġin fis-Slovenja, kienu falsifikati. L-akkużat wieġeb li hu propja Boris Carnic, eks uffiċjal u veteran tal-militar Serb u eks membru tal-Leġjun Barrani Franċiż.

Il-Qorti qalet li skont l-awtoritajiet Sloveni, Boris Carnic ma jeżistix.

Għaldaqstant, il-Qorti sabet lil Milos Cvetkovic ħati li ffalsifika d-dokumenti u anke tal-akkużi l-oħra. Huwa ntbagħat il-ħabs għal sena, u ngħata multa ta’ €5,000 u jrid iħallas l-ispejjeż ta’ €730.