Jgħid li ġie mqabbad jaħraq il-katavru ta’ Matthew Zahra

Kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Ronald Urry u Jason Galea dwar il-qtil ta’ Matthew Zahra li kien għeb fil-15 ta' Awwissu tal-2012.
Fil-Qorti l-prosekuzzjoni qalet li Alfredo Attard li huwa sid tal-għalqa f’Birżebbuġa li fiha ndifnu Zahra, u Mario Camilleri l-Imnieħru u ibnu, kien qalilhom li ħaraq il-katavru ta Zahra.
Waqt ix-xhieda tiegħu l-Ispettur Fabian Fleri qal li Attard kien qallu li għamel dan fuq talba ta’ wieħed mill-akkużati.
Il-kumpilazzjoni se tkompli tinstema’ fl-aħħar ġimgħa ta’ April.