Jgħibu ħaddiema ta’ pubblikaturi kritiċi tal-politiċi Ċiniżi

Erbat irġiel li jaħdmu f’dar tal-pubblikazzjoni f’Hong Kong, li hi kritika għall-politiċi Ċiniżi, għebu f’ċirkustanzi differenti.
Sid id-dar tal-pubblikazzjoni Sage Communications, li hu Żvediż, għeb meta kien sejjer fil-villeġġjatura tiegħu fit-Tajlandja, waqt li l-maniġer ġenerali tal-kumpanija u ħaddiem ieħor ma dehrux iktar minn meta ħallew darhom f’Hong Kong biex imorru jżuru qraba fiċ-Ċina.
Anke l-maniġer tal-ħanut tal-kotba tal-istess kumpanija wkoll għeb, f’ċirkostanzi li għadhom iridu jiġu determinati.
L-għibien tal-erbat irġiel tqajjem minn grupp ta’ attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem hekk kif m’eskludewx li dan seta’ jkollu l-involviment ta’ awtoritajiet Ċiniżi jew Tajlandiżi.
Fost l-aħħar kotba mid-dar tal-pubblikazzjoni hemm ktieb dwar il-waqa’ tar-reġim attwali, u ktieb dwar allegat kumplott mill-mexxej Ċiniż sal-2012 kontra l-mexxej attwali.