Jgħallqu Iranjana li qatlet raġel li pprova jabbużaha

L-awtoritajiet Iranjani qatlu mara wara li hi stess qatlet raġel li allegatament kien qed jipprova jabbużaha sesswalment.
Minkejja li bħalissa għaddejja kampanja internazzjonali dwar il-maħfra, il-mara ġiet mgħallqa f’ħabs f’Teran. Dan wara li kienet ġiet arrestata fl-2007 b’rabta mal-qtil ta’ eks impjegat tal-Gvern Iranjan.
Rapporti qed jgħidu li l-mara nqatlet wara li l-qraba tagħha ma ġabux kunsens għall-maħfra mill-familja tal-vittma.  Fil-Qorti lanqas ġie ppruvat li qatlet lir-raġel biex tiddefendi lilha nnifsiha.