Jgħajru ‘crooks’ lil Daphne, Busuttil, Casa u Efimova

Numru ta’ powsters twaħħlu madwar Malta li jsejħu lil Simon Busuttil, Daphne Caruana Galizia, David Casa u Maria Efimova “crooks.”

Din il-kelma saret sinonima mal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li fl-aħħar blogg tagħha kitbet, “There are crooks everywhere you look now. The situation is desperate.”

Mill-assassinju tal-ġurnalista f’Ottubru li għadda, bdew jitwaħħlu numru ta’ powsters madwar il-pajjiż regolarment, li jikkundannaw l-inġustizzja li saret magħha, u l-korruzzjoni f’Malta.

Il-powsters li twaħħlu fil-Marsa u saħansitra fuq il-mafkar ta’ Daphne fil-Belt Valletta, min-naħa l-oħra, joħduha kontra l-ġurnalista, l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, l-MEP David Casa, u l-whistleblower Russa Maria Efimova, li lkoll qalgħu kritika negattiva wara l-pubblikazzjoni ta’ biċċa mir-rapport fuq il-każ Egrant.