Jgħajjar Maġistrat u jitlaq; Tfittxu l-Pulizija

Il-Pulizija f’Għawdex għaddejja bi tfittxija għal raġel li dalgħodu ħareġ mill-Qorti wara li għajjar Maġistrat.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-Maġistrat Monica Vella ordnat mill-ewwel arrest tar-raġel.
Il-każ seħħ meta l-Maġistrat kienet qed tagħti sentenza f’każ ċivili.
Minħabba li dan kien smigħ ta’ każ ċivili, ma kienx hemm pulizija fl-awla u r-raġel seta’ jitlaq mingħajr xkiel.