Jgħajjar lir-refuġjati annimali u fuq il-gazzetti jispiċċa ‘Hitler’

Il-mexxej tal-moviment anti-Iżlamiku Pegida fil-Ġermanja rriżenja fuq kummenti dispreġġjattivi li għadda hu stess, kif ukoll minħabba li fil-gazzetti ppubblikaw ritratt tiegħu bi stil ta’ xagħar u mustaċċi bħal ta’ Hitler.
Lutz Bachmann skuża ruħu għall-kummenti li għadda kontra r-refuġjati, fejn anke sejħilhom ‘annimali’.
Kelliema għal Pegida qalet li bħala moviment ri-ritratt ta’ ‘Hitler’ iqisuh bħala ċajta satirika li huwa dritt ta’ kull ċittadin.
Madanakollu dan ġie kkundannat mill-Viċi-Kanċillier tal-Ġermanja Sigmar Gabriel, fejn qal li kull min fil-politika jippoża bħal Hitler huwa idjota.
Sadanittant, eluf ta’ demostranti ħarġu fit-toroq ta’ Leipzig f’rally biex jikkritikaw il-politika dwar l-immigrazzjoni tal-Kanċillier Angela Merkel.