“Jgħaddu kemm jgħaddu snin is-sensazzjoni li titlef omm tibqa’ l-istess” – Kevin

Kevin Borg

“Ma jimpurtax kemm jgħaddu snin. Is-sensazzjoni li titlef l-omm tibqa’ dejjem l-istess. Ma, ħallejt din id-dinja bħal-lum 18-il sena ilu. Għada kieku kont tiċċelebra għeluq sninek”.

Dan huwa l-kliem li bih beda l-ġurnata l-kantant Kevin Borg biex isellem il-memorja ta’ ommu Therese, amgħrufa Terry, li mietet bħal-lum 18-il sena ilu, proprju f’lejliet għeluq sninha. Hija kellha 45 sena.

Kevin ta’ kull sena jħalli messaġġ lil ommu proprju f’dan il-jum.

Ritratt: Facebook/KevBorg

Strieħ fis-sliem Terry.