Jew tagħmlu xogħolkom sew jew se niddeffes – Trump lil FBI

U.S. President Donald Trump walks from Marine One as he returns from Kansas City, Missouri, to the White House in Washington, DC, U.S., July 24, 2018. REUTERS/Joshua Roberts

Waqt li kien qed jitkellem f’mass meeting f’Indiana, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump wissa li d-Dipartiment tal-Ġustizzja u l-FBI hemm bżonn jibdew jagħmlu xogħolhom kif suppost. Sostna li jekk ma jagħmlux dan se jiddeffes.

Trump ilu jikkritika lid-dipartiment dwar il-mod kif qed jaħdem fuq l-allegazzjonijiet li r-Russja interferiet mal-kampanja elettorali tal-2016. Hu sostna li dan huwa pass kontra r-Repubblikani u insista li bosta persuni jinsabu rrabjati.

Sostna li minkejja li hemm bosta persuni jaħdmu mad-Dipartiment tal-Ġustizzja u mal-FBI li huma tajbin f’xogħolhom, għad hemm ħafna xi jsir. Irrimarka li mhux qed jeskludi li jinvolvi ruħu jekk ma jarax l-iżvilupp li jixtieq jara fiż-żmien li ġej.