Jetski jidħol f’dgħajsa; 2 l-isptar; tegħreq id-dgħajsa

Żewġ persuni li kienu qegħdin fuq dgħajsa f’Kemmuna spiċċaw indarbu ħafif wara li jetski tilef il-kontroll u baqa’ dieħel ġo fihom.

L-inċident ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija li spjegat li l-inċident seħħ il-Ħadd fil-4.45pm u li kawża ta’ dan għerqet id-dgħajsa. Iż-żewġ persuni li kienu fuq id-dgħajsa ttieħdu l-Isptar Mater Dei.

Fuq Facebook, wieħed mill-vittmi sostna li dak il-ħin kienu qed jippreparaw biex iħejju triqthom lura lejn Malta u spiċċaw feruti kawża ta’ “bniedem irresponsabbli”. Irrimarka li bid-daqqa, id-dgħajsa nqasmet min-nofs. Insista li wasal iż-żmien li l-liġijiet dwar il-jetskis jiġu riveduti sabiex jiġu evitati dawn it-tip ta’ inċidenti.