Jetski jgħaddi min-nofs il-gaġeġ tal-ħut

Jetski li fuqu kien hemm ambjentalisti baqa' għaddej min-nofs il-gaġeġ tal-irziezet tal-ħut.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-jetski baqa’ għaddej minn fuq il-gaġġeġ.
Il-każ seħħ fil-bajja tal-Għadira għall-ħabta tas-6.30pm.
Fuq il-post issejħu membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u marru xi bugħadassa wkoll biex jaraw xi ħsarat hemm.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.