Jet2 iwaqqfu t-titjiriet lejn Malta sa Frar 2021

Read in English.

Jet2 se jwaqqfu t-titjiriet mill-Ingilterra lejn Malta mill-31 t’Ottubru li ġej. Dan mistenni jkun estiż sal-14 ta’ Frar hekk kif Malta hija l-aħħar pajjiż li minnu se jerġgħu jibdew it-titjiriet. Dan wara li f’Malta nstabu numru rekord ta każijiet f’dawn l-aħħar ġimgħatejn.

Jet2 hija t-tielet l-akbar kumpanija tal-ajruplani low-cost fl-Ingilterra filwaqt li l-aġenzija tal-ivjaġġar tagħha, Jet2Holidays hija t-tieni l-akbar fl-Ingilterra. Jet waqqfet ukoll għadd ta’ titjiriet lejn destinazzjonijiet oħra fl-Ewropa. Hija qalet li t-titjiriet lejn il-pajjiżi kollha se jibqgħu kif pjanati sal-31 t’Ottubru.