Jet privat bil-kru tal-kantanta Pink jikkraxxja fid-Danimarka

Jet privat li kien qed iġorr membri tal-krù li qed jakkumpanja lill-kantanta Pink fuq it-tour tagħha, ikkraxxja f’ajruport fid-Danimarka, u spiċċa biex ħa n-nar.

Il-Pulizija Daniża irrapurtat li lbieraħ, it-Tlieta, ajruplan li kien ġej minn Oslo fin-Norveġja, kellu inċident waqt l-inżul fl-ajruport ta’ Aarhus, iżda li l-10 persuni li kienu abbord fuqu, ma weġġgħux.

Minnufih ġie ċċarat il-fatt li l-kantanta ta’ 39 sena Pink ma kinitx fuq dan l-ajruplan.

Ritratt: Instagram

Pink mistennija llejla tagħti wirja fil-belt ta’ Horsens fid-Danimarka, waqt li nhar it-Tnejn li għadda tat wirja fil-belt kapitali Norveġiża.

Il-membri tal-krù tagħha huma erba’ Amerikani, żewġ Awstraljani u Ingliż.