Jesus Navas jingħaqad ma’ Sevilla

Wara li ngħata r-release minn Manchester City, Jesus Navas ingħaqad ma' Sevilla fejn iffirma kuntratt ta' erba' snin. B'hekk dan il-player reġa' ngħaqad ma' dan it-team wara' erba' snin li kien ħalliehom biex jibda avventura ġdida fil-karriera fejn kollox ma' kollox kienet waħda pożittiva. Fl-ewwel kummenti li għadda dan il-plejer mal-wasla tiegħu fi Spanja huwa qal li jinsab ferm kuntent li reġa' lura ma' Sevilla fejn jemmen li matul l-istaġun li ġej, huma kapaċi joħolqu sorpriża u jiksbu riżultati pożittivi fosthom kontra timijiet iktar ikkwotati minnhom.  
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isports, agħfas hawnhekk.